Wednesday, October 9, 2024

Jorginho bejn Barcellona u Juventus?

Aqra wkoll

Juventus u Barcellona qed isegwu sew il-progress tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Arsenal Jorginho. Dan tal-aħħar ftit qed jingħata ċans jilgħab mill-kowċ Mikel Arteta u bosta qed isostnu li hu ma jistax jibqa’ sejjer hekk, l-ewwel għax jixtieq jilgħab aktar u fl-istess waqt irid jikseb post lura fit-tim nazzjonali Taljan.

L-eks plejer ta’ Napoli u Chelsea jista’ saħansitra jitlaq lil Gunners f’Jannar u Juventus jidhru favoriti li jistgħu jaslu għalih.

Sport