Wara diversi spekulazzjonijiet, issa huwa kkonfermat b’mod uffiċjali li Joseph Mbong se jkun qed jirritorna ma’ Hibernians FC, fejn barra li fil-passat riċenti, huwa kien jimmilita ma’ da nil-klabb, fil-passat, il-mibki iżda qatt minsi, missieru, Essien, ukoll kien player importnati tal-Pawlsiti.
Matul l-istaġun li għadda Joseph Mbing kellu staġun mill-aqwa fejn għalkemm ma rnexxilux jirbaħ unuri fuq bażi ta’ klabb ma’ Hamrun Spartans, temm l-istaġun bl-aqwa mod possibli billi rebaħ l-unur personali ferm prestiġjuż tal-MFA Player tas-Sena għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu.
Dan minbarra li kien l-aktar player fil-futbol Malti li lagħab logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha fosthom f’dawk Ewropej bi 63 partita.
Fi stqarrija Hibernians FC awguraw bis-sħiħ u taw merħba lil Joseph hekk kif laqgħuh f’dik li sejħulha bħala ‘daru’.

