Sunday, November 24, 2024

Joshua Kimmich bi problemi fil-pulmun minħabba l-Covid-19

Aqra wkoll

Il-player ta’ Bayern Munich li jilgħab fejn ikun hemm bżonn, Joshua Kimmich, ġie eskluż sas-Sena l-Ġdida wara li sofra problemi fil-pulmun minħabba l-Covid-19.

Kimmich, ta’ 26 sena, li f’Ottubru ammetta li ma kienx imlaqqam kontra l-virus, ittestja pożittiv ix-xahar li għadda. Il-perjodu ta’ kwarantina tiegħu spiċċa nhar l-Erb­għa.

Kimmich qal li issa jinsab “tajjeb” iżda żied li għadu mhux permess li jimbotta ġismu sal-limitu “minħabba infiltrazzjoni żgħira” fil-pulmun tiegħu.

“Qed immut biex nibda u nkun mat-team,” qal Kimmich fuq Instagram.

“Madankollu, irrid inkun paċenzjuż ftit aktar. Se nara t-tliet logħbiet li fadal din is-sena minn fuq is-sufan u nerġgħu nattakkaw flimkien minn Jannar.”

L-internazzjonali Ġermaniż, li jista’ jilgħab fid-difiża u f’nofs il-ground, inizjalment kien sfurzat jiżola ruħu wara li ġie f’kuntatt ma’ każ pożittiv, li fisser li tilef t-telfa ta’ 2-1 kontra Augsburg.

Imbagħad kien nieqes mill-partiti tal- Bundesliga kontra Arminia Bielefeld u Borussia Dortmund, kif ukoll għal-logħob taċ-Champions League kontra Dynamo Kiev u Barcelona, minħabba li kellu l-virus.

Preċedentement, Kimmich kien issuġġerixxa li x-xettiċiżmu waqqfu milli jiġi mlaqqam, iżda żied li kien hemm “ċans taj­jeb ħafna” fil-futur.

Huwa mhux se jkun disponibbli kontra Mainz, Stuttgart u Wolfsburg qabel il-waqfa tax-xitwa tal-Bundesliga.

Sport