Friday, May 3, 2024

Julen Lopetegui il-kowċ il-ġdid ta’ Milan?

Aqra wkoll

L-eks plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ AC Milan Demetrio Albertini kien qed jitkellem waqt intervista f’ġurnal Taljan fejn sostna li l-eks kowċ tat-tim nazzjonali Spanjol Julen Lopetegui jista’ jkun il-kowċ il-ġdid tar-Rossoneri.

Albertini qal li Lopetegui hu kowċ rebbieħ u kapaċi jagħmel ir-rivoluzzjoni neċessarja sabiex jibni tim kompetittiv.

Sadanittant aktar kowċis qed jissemmew li jistgħu jingħaqdu mar-Rossoneri u dawn huma Christophe Galtier u Marcelo Gallardo. Bħalissa t-tim hu mmexxi minn Stefano Pioli għalkemm l-aħħar riżultati negattivi li sofrew ir-Rossoneri jistgħu jwasslu għal bidla fuq il-bank.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport