Friday, May 3, 2024

Jirriżenja l-kap tal-intelliġenza militari Iżraeljan

Aqra wkoll

Il-kap tal-intelliġenza tal-militar Iżraeljan irriżenja u qal li qed jagħmel dan b’responsabbiltà għall-falliment qabel l-attakk tal-Ħamas fuq l-Iżrael fis-7 ta’ Ottubru ta’ din is-sena.

Il-Forzi tad-Difiża tal-Iżrael, l-IDF qalu li l-Maġġur Ġenerali Aharon Haliva kien se jirtira ladarba s-suċċessur tiegħu jintgħażel.

L-uffiċjali tal-intelliġenza Iżraeljani njoraw diversi twissijiet. Dan qabel ma’ mijiet ta’ irġiel armati tal-Ħamas attakkaw komunitajiet Iżraeljani fil-qrib, bażijiet militari u festival tal-mużika.

Skont l-Iżraeljani, inqatlu madwar 1,200 Iżraeljan u 253 oħra ttieħdu lura f’Gaża bħala ostaġġi. Intant f’Gaza inqatlu iktar minn 34,000 Palestinjan f’Gaża,bil-maġġorparti tagħhom jkunu nisa u tfal.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport