Tuesday, September 1, 2026
Home Sport Julian Alvarez ma’ Barcelona?

Julian Alvarez ma’ Barcelona?

0
50

L-attakkant internazzjonali Arġentin, Julian Alvarez, għamilha ċara li ma jridx jibqa’ ma’ Atletico Madrid … bil-ħolma tiegħu hija li jingħaqad ma’ Barcelona. 

Iżda min-naħa tal-club, ma jridx jagħmel xi forma ta’ negozju mal-Katalani u informa lill-player ta’ 26 sena li jitlaq biss minn Madrid jekk jaċċetta li jingħaqad ma’ Arsenal. 

Iżda min-naħa tiegħu, Alvarez ma jridx imur jilgħab fil-Premier League Ingliż.

U bil-ħin għaddej sa nofs il-lejl (ħin ta’ Malta) biex jagħlaq is-suq tat-trasferimenti, Barcelona qed jgħidu li huma lesti li jħallsu s-somma kollha mitluba. 

Sadanittant, Alvarez informa lid-diriġenti tal-club li qed isofri minn dipressjoni u ma jinsabx tajjeb biex jinżel għat-taħriġ u għal-logħob. 

Kif se tispiċċa din il-kwistjoni? X’ikun l-aħjar għal Atletico li jħallu lil Alvarez jitlaq ma’ Barcelona u jdaħħlu s-somma ta’ aktar minn £100 miljun … jew inkella jistgħu jibqgħu mingħajr is-servizzi tal-attakkant Arġentin bil-konsegwenza li l-valur tiegħu jaqa’ drastikament?

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here