Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Julian Nagelsmann kowċ ta’ Borussia Dortmund?

Julian Nagelsmann kowċ ta’ Borussia Dortmund?

0
191

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Ġermaniż Julian Nagelsmann se jkun qed iħabbar fil-ġimgħat li ġejjin fejn se tkun id-destinazzjoni tiegħu ġaladarba jispiċċa l-kampjonat Ewropew tal-futbol li se jsir f’pajjiżu stess.

Jidher li Nagelsmann mistenni jitlaq lill-Ġermanja fl-aħħar ta’ din il-kompetizzjoni bl-għan ewlieni li jirbaħha hekk kif se ssir f’pajjiżu stess.

Bosta ġurnali Ġermaniżi qed jgħidu li Nagelsmann se jmur jikkowċja ma’ Borussia Dortmund minn Lulju li ġej sabiex jieħu post Edin Terzic li għandu l-ġranet tiegħu magħduda fis-Signal Iduna Park.