Wednesday, July 24, 2024

Lazio f’irtir sfurzat wara r-raba’ telfa minn ħames partiti

Aqra wkoll

Il-president ta’ Lazio, Claudio Lotito, flimkien mad-direttur sportiv Claudio Fabiani iddeċidew li l-plejers Biancocelesti jmorru għall-irtir furzat wara t-telfa ta’ 2-1 f’darhom kontra Udinese. Din kienet r-raba’ telfa għat-tim mill-belt kapitali Taljana mill-aħħar ħames partiti, xhieda li t-tim xejn m’hu għaddej minn mument tajjeb.

Ilbieraħ kienet ġurnata ta’ taqlib kbir għall-istess Lazio fejn irriżenja l-kowċ Maurizio Sarri sabiex jidher li minfloku se jilħaq Giovanni Martusciello.

Lotito tkellem f’intervista ma’ stazzjon Taljan fejn qal li bħala diriġenza jridu jwasslu messaġġ qawwi li l-plejers jridu jimpenjaw ruħhom f’dawn l-aħħar partiti li fadal mill-kampjonat Taljan.

Lazio qed jirriskjaw li jibqgħu barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej minħabba li t-timijiet ta’ qabilhom qed jirbħu aktar punti.

Ekonomija

Sport