Wednesday, July 24, 2024

Julian Nagelsmann lura ma’ Bayern Munich?

Aqra wkoll

Diversi ġurnali Ġermaniżi qed jitkellmu dwar ir-ritorn ta’ Julian Nagelsmann bħala l-kowċ ta’ Bayern Munich. Miegħu eventwalment jista’ jingħaqad ukoll Sandro Wagner li bħalissa hu assistent ta’ Nagelsmann fit-tim nazzjonali Ġermaniż.

Hu fatt magħruf li Thomas Tuchel mhux se jkompli jmexxi r-riedni tat-tim għall-istaġun li ġej wara xhur diffiċli u diżappuntanti għall-aħħar fejn se jkunu tilfu l-kampjonat Ġermaniż li se jintrebaħ minn Bayer Leverkusen.

Nagelsmann kien imexxi lit-tim mill-Bavarja bejn l-2021 u l-2023 qabel ma ngħata l-kariga biex jikkowċja lit-tim nazzjonali Ġermaniż.

Ekonomija

Sport