Wednesday, May 15, 2024

Jurgen Klopp jisħaq li Liverpool se jibqgħu jsegwu lil Fabio Carvalho

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, saħaq li t-team tiegħu ma jkunx qed jaġixxi tajjeb jekk jirtira l-interess tiegħu fl-istilla ta’ Fulham, Fabio Carvalho.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena kien irrapurtat li qabel dwar ftehim ta’ ħames snin mar-Reds fil-jum tal-iskadenza tat-trasferiment u kien qed jagħmel it-testijiet mediċi tiegħu, iżda Liverpool ma setgħux jiksbu ftehim qabel ma tingħalaq it-tieqa tat-trasferimenti.

It-team ta’ Klopp mistenni jġedded l-interess tiegħu f’Carvalho meta tinfetaħ it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, u l-manager tar-Reds ikkonferma li t-team tiegħu għadu qed iżomm it-tamiet  li jintlaħaq ftehim.

Carvalho skorja seba’ goals u pprovda ħames assists fit-tentattiv li Fulham jiksbu l-promozzjoni fi 18-il dehra taċ-Championship dan l-istaġun u qed jingħad ukoll li jinsab fuq ir-radar ta’ Barcelona u Real Madrid.

Sport