Il-kowċ ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, mhux se jingħaqad mat-tim nazzjonali Ġermaniż li qed ifittex bniedem li jmexxihom wara r-riżenja ta’ Hansi Flick.
L-aġent ta’ Klopp, Marc Kosicke aċċerta lill-partitarji ta’ Liverpool li l-klijent tiegħu għandu kuntratt fit-tul ma’ Anfield Road u mhux se jikkunsidra li jmur mal-Ġermanja.
Minkejja kollox, il-viċi-president tal-federazzjoni Ġermaniża Hans-Joachim Watzke ipprova jipperswadi lil Klopp ġaladarba hu ħabib kbir tiegħu iżda ma rnexxielux iġibha żewġ.
Sadanittant, l-istess federazzjoni qed tara lil Julian Nagelsmann bħala l-kandidat prospettiv li jista’ jieħu r-riedni tat-tim nazzjonali f’idejh.