Wednesday, October 14, 2026
Home Sport Bosta clubs fil-football Ingliż resqin lejn kollass finanzjarju?

Bosta clubs fil-football Ingliż resqin lejn kollass finanzjarju?

0
57

Rapport ġdid tal-Independent Football Regulator (IFR) wissa li 94% tal-clubs fl-ewwel ħames diviżjonijiet Ingliżi qed joperaw b’telf finanzjarju, filwaqt li kważi żewġ terzi tal-clubs tal-English Football League u tan-National League jinsabu teknikament qrib kollass.

Minkejja li l-football Ingliż jiġġenera aktar minn £9 biljun fi dħul, spejjeż dejjem jikbru, djun u dipendenza fuq is-sidien qed ipoġġu f’riskju s-sostenibbiltà tal-clubs.

Iċ-chairman tal-IFR, David Kogan, wissa li diversi clubs ma jkunux jistgħu jibqgħu joperaw jekk is-sidien jirtiraw l-appoġġ finanzjarju tagħhom.

Ir-rapport qed jipproponi kontrolli finanzjarji aktar stretti u ppjanar aħjar biex il-clubs ikunu jistgħu jiffaċċjaw kriżijiet.

Sadanittant, il-Premier League u l-EFL għadhom f’negozjati dwar ftehim ġdid għat-tqassim tad-dħul, b’nuqqas ta’ qbil dwar kemm flus għandhom jitqassmu bejn id-diviżjonijiet.

Il-Premier League pproponiet £1.8 biljun fuq 10 snin, filwaqt li l-EFL qed titlob £1 biljun fuq ħames snin.

Ir-rapport se jkun suġġett għal konsultazzjoni pubblika ta’ tmien ġimgħat qabel tiġi ppubblikata l-verżjoni finali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here