Wednesday, October 14, 2026
Home Sport Sitt players tal-Malta Premier League sospiżi

Sitt players tal-Malta Premier League sospiżi

0
80

Sitt players tal-Malta Premier League ġew sospiżi għal partita waħda mill-Kummissarju Dixxiplinari tal-Malta FA wara s-seba’ ġurnata tal-kampjonat.

Il-players sospiżi huma Juan Bolanos u Alex Bruno ta’ Birżebbuġa St Peter’s, Albion Pllana ta’ Gżira United, Giancarlo Goncalves ta’ Mosta, Teddy Teuma ta’ Sliema Wanderers u Petar Sekulovic ta’ Valletta.

Uffiċjal ta’ Birżebbuġa St Peter’s, John Paul Barbara, ġie sospiż ukoll għal partita waħda.

Fil-BOV Challenge League, Jake Farrugia ta’ Pietà ġie sospiż għal tliet partiti.

Sadanittant, Omar Khatib ta’ Lija Athletic u Codie Dullard ta’ San Ġwann ġew sospiżi għal partita waħda fil-BOV National League I.

Fil-BOV National League II, Andrei Spiteri ta’ Ta’ Xbiex u l-uffiċjal ta’ Għaxaq, Johann Zammit, ġew sospiżi għal partita waħda.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here