Wednesday, October 14, 2026
Home Sport Harry Kane jikser ir-rekord ta’ Lionel Messi fil-UEFA Champions League

Harry Kane jikser ir-rekord ta’ Lionel Messi fil-UEFA Champions League

0
81

Harry Kane kiser ir-rekord ta’ goals ta’ Lionel Messi  fiċ-Champions League minn players li jkunu għalqu t-30 sena, wara li skorja doppjetta fid-draw ta’ 3-3 ta’ Bayern Munich kontra Viking. L-attakkant Ingliż issa għandu 36 goal f’40 partita fil-kompetizzjoni minn meta għalaq it-30 sena, wieħed aktar minn Messi, li kien skorja 35, f’48 dehra.

Kane estenda wkoll is-sensiela ta’ goals f’disa’ logħbiet konsekuttivi  fiċ-Champions League. Bayern kienu żewġ goals minn taħt, iżda dawru r-riżultat qabel Michael Olise tkeċċa u Herman Haugen kiseb id-draw għal Viking fid-90 minuta.

Cristiano Ronaldo għadu jżomm ir-rekord ta’ goals fi 11-il dehra konsekuttiva  fil-kompetizzjoni. Bayern jilagħbu kontra Arsenal fil-21 ta’ Ottubru, fejn Kane se jipprova jkompli s-sensiela tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here