Wednesday, October 14, 2026
Home Sport Wara t-telfa kontra Atletico, Lisandro Martinez jikkritika lill-ġerarkija ta’ Man Utd

Wara t-telfa kontra Atletico, Lisandro Martinez jikkritika lill-ġerarkija ta’ Man Utd

0
57

Lisandro Martinez ikkritika lit-tmexxija ta’ Manchester United wara t-telfa ta’ 2-0 kontra Atletico Madrid, u sostna li l-coach Michael Carrick mhux qed jingħata biżżejjed appoġġ. 

Minkejja li l-club nefaq £163 miljun fis-sajf, id-difensur Arġentin talab aktar investiment mingħand id-direttur tal-football, Jason Wilcox, biex tinbena skwadra aktar kompetittiva. 

Martinez ammetta li l-players għandhom jagħmlu aktar, iżda saħaq li r-responsabbiltà ma tistax taqa’ biss fuqhom u fuq il-coach. 

Iżda Wayne Rooney ikkritika dawn il-kummenti, u wissa li jistgħu joħolqu firda fid-dressing room, b’nuqqas ta’ rispett lejn players ġodda. 

Carrick qal li l-kummenti setgħu kienu riżultat tal-emozzjonijiet wara t-telfa, iżda insista li l-iskwadra għadha magħquda.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here