Sunday, October 27, 2024

Juventus ikeċċu lill-coach Massimiliano Allegri

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Juventus, Massimiliano Allegri, ġie sospiż żewġ logħbiet fil-Coppa Italia u mmultat €5,000 wara li rċieva karta ħamra fir-rebħa tal-lejl tal-Erbgħa li għadda kontra Atalanta li t-team tiegħu rebaħ bl-iskor minimu ta’ 1-0 wara li tilef it-tempra b’mod aggressiv.

L-imħallef sportiv tas-Serie A uffiċjalment ta lil Allegri, 56 sena, sospensjoni ta’ żewġ logħbiet, valida għal-logħbiet tal-Coppa Italia, flimkien ma’ multa ta’ €5,000.

Barra minn hekk, ilbieraħ wara nofsinhar Juventus ħabbru li keċċew lil Allegri minħabba l-attitudni tiegħu waqt u wara l-finali tal-Coppa Italia.

Allegri donnu rrifjuta kumplimenti mid-direttur tal-club, Cristiano Giuntoli, u saħansitra hedded lill-editur ta’ ġurnal sportiv popolari wara l-finali.

L-istqarrija tal-Bianconeri kienet tgħid:

“Juventus qed iħabbru li keċċew lill-coach, Massimiliano Allegri, b’mod immedjat. It-tkeċċija ssegwi ċertu aġir waqt u wara l-finali tal-Coppa Italia li l-club qies bħala inkompatibbli mal-valuri tal-club u l-imġieba li għandu jkollu min jirrapreżentah.

“Għalhekk qed jintemm perjodu ta’ kollaborazzjoni, li beda fl-2014, reġa’ beda fl-2021 u spiċċa, wara t-tliet staġuni pre­ċe­denti flimkien, bil-finali tal-Coppa Italia.”

“Il-klabb jawgura xorti tajba lil Massimiliano Allegri fl-isforzi tiegħu futuri.”
Għall-aħħar żewġ partita tal-kampjonat, it-team se jkun fdat lil Paolo Montero.

Sport