Saturday, September 7, 2024

Juventus interessati f’Rodrigo De Paul

Aqra wkoll

Juventus qed ifittxu plejer ta’ nofs il-grawnd issa li Paul Pogba u Nicolo Fagioli jinsabu sospiżi. Xi skawts Bianconeri marru fl-Iskozja sabiex jassistu għall-konfront mill-UEFA Champions League bejn Celtic u Atletico Madrid li spiċċa 2-2.

L-iskawts Taljani marru jaraw aktar mill-viċin lil Rodrigo De Paul li bħalissa jilgħab ma’ Atletico Madrid u li kellu wkoll esperjenza fl-Italja ma’ Udinese.

De Paul hu l-objettiv numru wieħed tad-direttur sportiv Cristiano Giuntoli u għalhekk se jagħmel minn kollox sabiex iġibu lejn Turin f’Jannar li ġej.

Ekonomija

Sport