Tuesday, April 30, 2024

Juventus jippjanaw li jiffinalizzaw ftehim għal Paul Pogba qabel l-aħħar ta’ April

Aqra wkoll

Juventus qed jippjanaw li jiffinalizzaw ftehim għal Paul Pogba qabel l-aħħar ta’ April.

Il-kuntratt tal-internazzjonali Franċiż ma’ Manchester United se jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u huwa mistenni li jħalli lir-Red Devils bi free transfer.

Real Madrid u Paris Saint-Germain it-tnejn jibqgħu marbuta mal-midfielder, iżda Juventus qed jitqiesu bħala l-favoriti li jerġgħu jiffirmaw lill-ex player tagħhom fi tmiem l-istaġun.

Huwa mifhum li d-diskussjonijiet bejn iż-żewġ partijiet ‘miexjin ‘il quddiem’, u l-Bianconeri qed jittamaw li jaslu għal ftehim finali mal-player qabel l-aħħar ta’ April.

Huwa mifhum li l-Bianconeri ma kinux ħerqana li jġibu lil Pogba lura mal-club minħabba l-ispiża tal-ftehim, bil-pass fallut ta’ Aaron Ramsey bi free transfer jaġixxi bħala ‘’invit’ bix Juventus jaġixxu fuq da nil-fatt.

Madankollu, huwa mifhum li Juventus poġġew fuq il-mejda kuntratt ta’ erba’ snin b’salarju ta’ €9m fis-sena flimkien ma’ €3m f’bonuses.

Pogba qabel lagħab ma’ Juvsntus bejn l-2012 u l-2016, fejn rebaħ erba’ titli tas-Serie A u żewġ edizzjonijiet tal-Coppa Italia qabel ma rritorna ma’ Manchester United bi ftehim ta’ £89m.

Sport