Wednesday, July 24, 2024

Juventus lejn l-akkwist ta’ Fabian Ruiz

Aqra wkoll

Baqgħet għaddejja t-tfittxija ta’ Juventus għall-plejer f’nofs il-grawnd hekk kif id-diriġenti Bianconeri qed jaħsbu sabiex iġibu b’self lill-midfielder ta’ Paris St Germain Fabian Ruiz. 

Dan tal-aħħar hu plejer Spanjol ta’ 27 sena li ilu mal-Pariġini sa mis-sena 2022 fejn skorja erba’ gowls f’40 logħba. Minkejja kollox, hu mhux dejjem qed ikollu postu mat-tim u dan qed jinkwetah xi ftit.

Id-direttur sportiv Cristiano Giuntoli qed jaħdem għal dan l-għan.

Ekonomija

Sport