Wednesday, November 4, 2026
Home Sport Kai Azzopardi u Danica Bonello Spiteri jirbħu l-unur ta’ Triatleti tas-Sena 2026...

Kai Azzopardi u Danica Bonello Spiteri jirbħu l-unur ta’ Triatleti tas-Sena 2026 mill-Federazzjoni tat-Triathlon ta’ Malta

0
85

Kai Azzopardi u Danica Bonello Spiteri ġew rebħu l-unur ta’ Triatleti tas-Sena 2026 (kategoriji maskili u femminili) mill-Federazzjoni tat-Triathlon ta’ Malta, wara l-kisbiet eċċezzjonali tagħhom matul l-istaġun.

Azzopardi kellu staġun straordinarju; huwa rebaħ erba’ titli tal-kampjonat nazzjonali, stabbilixxa diversi rekords tal-korsa, u kiseb midalja tal-bronż storika fit-“World Triathlon Regional Development Cup” f’Vlasina Lake, is-Serbja – l-ewwel darba li atleta minn Malta tela’ fuq il-podju f’dan il-livell.

Bonello Spiteri wkoll spikkat, hekk kif rebħet it-titlu tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Distanza Standard u kisbet id-deheb fil-Kampjonati Ewropej tal-i“Sprint” skont il-Gruppi tal-Età (European Sprint Age Group Championships) li saru f’Tarragona.

Il-Federazzjoni ħabbret ukoll ir-rebbieħa fil-klassifikazzjoni skont il-Gruppi tal-Età, bħala rikonoxximent għall-prestazzjonijiet konsistenti f’diversi kategoriji.

Ir-rebbieħa fil-kategorija maskili kienu Aiden Muscat (Youths), Nathan Pace (Juniors), Kai Azzopardi (Taħt it-23 sena), Keith Galea (Open), Ben Psaila (40-49 sena), Michael Hughes (50-59 sena) u Brian Magri (60 sena ’l fuq).

Fil-kategorija femminili, l-unuri marru għand Zia Fujii (Youths), Lindsey Pirotta (Open) u Danica Bonello Spiteri (40-49 sena).

Il-Federazzjoni ferħet lill-atleti kollha għad-dedikazzjoni, l-impenn u l-kisbiet tagħhom matul staġun ieħor ta’ suċċess għat-triathlon Malti.

Ir-riżultati kollha ġew ivverifikati mill-klabbs affiljati qabel ma ġew ippubblikati.

L-unuri se jiġu ppreżentati uffiċjalment waqt is-“Celebration Night” tal-Federazzjoni tat-Triathlon ta’ Malta, li hija skedata għas-27 ta’ Novembru, 2026.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here