La Liga qed tikkunsidra li tipposponi l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa fl-Ewwel u t-Tieni Diviżjoni Spanjola wara l-mewt traġika tal-attakkant ta’ Tenerife, Jesus de Miguel, ta’ 30 sena.
L-Assoċjazzjoni tal-Players Spanjoli talbet li l-kompetizzjonijiet jitwaqqfu sad-9 ta’ Novembru bħala sinjal ta’ rispett lejn il-pleayer.
La Liga qed tevalwa l-possibbiltà li tipposponi l-logħbiet, iżda trid tikkunsidra l-obbligi televiżivi u d-diffikultajiet fil-kalendarju. Fost l-għażliet hemm li l-partiti jintlagħbu fit-22 u t-23 ta’ Diċembru.
Intant, il-konfront bejn Granada u Tenerife diġà ġie pospost.




