Monday, December 9, 2024

Kampjonat Dinji tal-Għawm: It-Taljan Simona Quadarella tirbaħ l-1,500m

Aqra wkoll

Fit-tielet ġurnata tal-Kam­pjonati tal-Għawm li qed isiru f’Doha, il-Qatar, huma l-Amerikani li qed jillidjaw il-lista tal-midalji meta s’issa rebħu tmien midalji – erbgħa tad-deheb, tnejn tal-fidda u tnejn tal-bronż – b’warajhom jiġu ċ-Ċina bi tnejn deheb, tnejn fidda u waħda bronż u t-tielet il-Korea t’Isfel bi tnejn tad-        deheb.

Simona Quadarella ma riditx li jkollha tissielet għall-midalja tad-deheb u waqqgħet il-kompetizzjoni tagħha kmieni fit-tellieqa u ħadet id-deheb fil-ħin ta’ 15:46.99 minuti, l-ewwel midalja għall-Italja f’Doha.

Kienet prestazzjoni dominanti, li rebħet b’aktar minn disa’ sekondi fuq Li Bingjie taċ-Ċina li daħlet fi 15:56.62, waqt li Isabel Gose ħadet il-bronż fi 15:57.55.

200m FREESTYLE IRĠIEL

X’bidu mgħaġġel għall- ġurnata kienet il-200m freestyle tal-irġiel. Hwang Sunwoo ħareġ bil-qawwa, u llidja sal-100 bi kważi 0.50 fuq Luke Hobson tal-Istati Uniti li għamel il-mossa tiegħu fit-tielet 50 biex jieħu l-vantaġġ, iżda l-Korean t’Isfel issielet lura biex jieħu r-rebħa f’1:44.75 minuti.

B’din ir-rebħa, il-Korea rebħet kemm l-avvenimenti tal-200 kif ukoll tal-400 freestyle, u dan wassal biex wieħed jispekula li jista’ jkollhom team kbir fir-relay tal-4x200m.

Il-fidda marret għand Da­nas Rapsys tal-Litwanja f’1:45.05 u l-bronż għand Hobson f’1.45.26.

100m BACKSTROKE NISA

Claire Curzan 2.0 qegħda hawn! Bl-aħjar mod personali, l-Amerikana kisbet ir-rebħa fil-100m backstroke b’mod konvinċenti. Hija kellha  bidu mill-aqwa, b’ħin ta’ reazzjoni ta’ .56, iż-żagħżugħa illidjat fil-50 b’aktar minn 0.25 u kabbret dan il-vantaġġ biex rebħet b’0.83 fuq iż-żagħżugħa Awstraljana, Iona Anderson.

Curzon rebħet fi 58.29 sekondi biex ħadet id-deheb, Anderson ħadet il-fidda f’59.12 u l-Kanadiża Ingrid Wilm il-bronż f’59.18.

100m BACKSTROKE RĠIEL

Wara li kiseb il-bronż fil-100m backstroke tal-irġiel f’Fu­kuoka, l-Amerikan  Hun­ter Armstrong għamilhom tnejn wara xulxin għal Team USA billi rebaħ il-midalja tad-deheb. Huwa rebaħ f’52.68 sekondi li huwa ‘l bogħod mill-aħjar ħin personali tiegħu ta’ 51.98.

Huwa spiċċa quddiem l-Ispanjol Hugo Gonzalez li rebaħ il-fidda fi 52.70 waqt li l-Grieg Apostolos Christou ħa l-bronż fi 53.36.

100 BREASTSTROKE NISA

Kienet tellieqa kbira li temmet is-serata meta żagħ­żugħa oħra rebħet midalja tad-deheb.

Tang Qianting taċ-Ċina ħadet it-tellieqa bil-qawwa u malajr. Tmiss mal-50 fi 30.25, wieħed minn tnejn biss taħt il-31, Tang żammet il-vantaġġ mill-bidu sat-tmiem biex żiedet midalja tad-deheb oħra għaċ-Ċina meta spiċċat fil-ħin ta’ 1:05.27 minuti waqt li Tes Schouten tal-Olanda ħadet il-bronż f’1:05.82 u Siobhan Haughey ta’ Hong Kong il-bronż 1’1:05.92.

Ekonomija

Sport