Friday, December 27, 2024

Kampjonat Ewropew tal-waterpolo U19: Malta tibda bil-kbir

Aqra wkoll

MALTA …………..…15

SLOVAKKJA…………7

(4-1, 5-4, 3-1, 3-1)

It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt id-19-il sena li l-bieraħ beda jieħu sehem fi Grupp C tat-tournament ta’ kwalifikaz­zjoni tal-LEN Under/19 Waterpolo Championships 2024, f’Lodz, il-Polonja, ma setax kellu bidu aħjar meta għeleb lis-Slovakkja 15-7 f’logħba li fiha rebaħ is-sessjonijiet kol­lha u qatt ma sab ruħu minn taħt.

Din il-logħba żgur li mhux se jinsiha malajr Max Zammit li skorja sitt goals u spiċċa l-aħjar skorer tal-partita b’Jay­den Cutajar imur tajjeb ukoll meta sab ix-xibka tliet darbiet.

Fl-ewwel sessjoni kien Max Zammit li fetaħ l-iskor għal Malta iżda Ivan Kopolovets ippareġġa.

Wara dan il-Maltin sabu x-xibka tliet darbiet wara xulxin biex għalquha 4-1 minn fuq. Dawn ġew minn Jayden Cutajar bi player aktar, Luigi Mallia u reġa’ l-istess Cutajar.

It-tieni sessjoni kienet waħda missielta li fiha ġew skorjati disa’ goals fejn bdew is-Sovakki li naqqsu l-marġni minn Matey Kumicah waqt li Zammit u Cujajar għamluhom 6-2.

L-avversarji tagħna naqqsu l-marġni darbtejn minn Benjamin Ilias u Simon Stanga bi player iktar, iżda għal darb’oħra Julian Valletta bi player iktar ukoll u Alec Fenech għamlu l-iskor 9-4 waqt li Isias għalaq is-sessjoni bil-ħames goal Slovakk.

Il-Maltin kabbru l-iskor meta rebħu t-tielet sessjoni 3-1 b’goals wara xulxin minn Zammit, Cutajar minn penalty u Jake Cachia b’Matey Kumicak jagħmilhom 12-6.

Anke l-aħħar sessjoni marret għand il-Maltin 3-1 fejn Zammit skorja hat-trick b’Ilias kien għamel l-iskor parzjali 13-7.

Illum fis-6.30 pm, Malta tilgħab kontra l-Polonja wara li aktar qabel jilagħbu s-Slovakkja u l-Bulgarija.

Malta: Zack Allen Dzanovic, Luigi Mallia 1, Julian Valletta 1, Jayden Cassar 2, Jake Cachia 1, Dean Bugeja, Max Zammit 6, Jayden Cutajar 3, Elijah Schembri, Kieyan Borg, Alec Fenech (captain) 1, Zak Cutajar Licari, Sven Livori,

Slovakkja: Filip Balogh, Daniel Klescinsky, Simon Stanga 1, Lukas Cebo, Matej Kumicak 2, Milan Matejka (captain), Benjamin Ilias 3, Ma­rek Valko, Martin Siagi, Ivan Kopolevets 1, Matus Wawrek, Tomas Cifra, Adam Porubsky.

Referees: Maxim Gerasimov (Ġermanja), George Makharadze (Ukrajna).

Ekonomija

Sport