Wednesday, July 24, 2024

Kampjonat Premier: Floriana jsaħħu l-quċċata b’rebħa kbira fuq Mosta

Aqra wkoll

Floriana ……..4

Mosta ………..0

Floriana se jiċċelebraw il-festa tal-Patrun San Publju bil-kbir wara li għelbu lil Mosta bl-iskor kbir ta’ 4-0 bir-rebħa tkun aċċertata fl-ewwel taqsima.

Huma għamlu l-intenzjonijiet hekk kif ħarġu fuq l-offensiva u fetħu pressjoni fuq il-lasti avversarji fejn resqu viċin minn Kemar Reid, Maitas Nicolas Garcia u Maksim Valadzko … sakemm fl-20 minuta fetħu l-iskor wara li ngħataw penalty meta l-goalkeeper, David Udoh Akpan, waqqa’ lil Matheus De Sousa fil-kaxxa.

Mill-11-il metru LUIS WILLIS FURTADO li ma żbaljax, hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun naħa u lil Akpan fin-naħa opposta.

Fis-36 minuta, il-Greens reġgħu ngħataw penalty meta din id-darba Armen Hovhannisyan waqqa’ lil Valadzko.

LUIS WILLIS FURTADO reġa’ ħa r-responsabbiltá biex mill-11-il metru tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka biex irreġistra doppjetta personali.

Fit-43 minuta, kompliet ix-xalata ta’ goals minn Floriana meta minn azzjoni ta’ free-kick mogħti minn Carlo Zammit Lonardelli, il-ballun intemm għand Owen Spiteri li minn taħt il-lasti ma żbaljax.

Bil-logħba mirbuħa u mit­lufa, fit-tieni taqsima l-partita naqqset mir-ritmu bil-konsegwenza li kienet nieqsa mill-emozzjonijiet.

Dan sal-74 minuta meta Kemar Reid kellu xutt fil-baxx minn pożizzjoni ideali li ġie salvat minn Akpan b’saqajh.

Fis-86 minuta, huma kel­lhom f’saqajhom ir-raba’ goal meta wara taħwida fil-kaxxa, Jake Grech, minn taħt il-lasta tefa’ barra.

Iżda, fid-90 minuta huma ssiġillaw ir-rebħa meta Ma­tias Nicolas Garcia xeħet cross fil-baxx lejn Jake Grech li kellu x-xutt imblukkat minn Akpan, iżda  mir-rebound, is- sostitut CHRISTOS ROVAS, spara ġewwa.

Fil-ħin mizjud, Mosta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Bradley Farrugia wara daħla kerha fuq Oualid El Hasni.

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 9-Kemar Reid, 11-Matheus De Sousa (24-Lorenzo De Grazia 61), 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri (93-Christos Rovas 76), 20-Matias Nicolas Garcia (8-Jake Grech 61), 21-Carlo Zammit Lonardelli (77-Aleandro Garzia 85), 42-Maksim Vakadzko, 55-Alexandros Kouro, 94-Luis Willis Furtado (7-Mattia Veselji 76) – Coach: Mauro Camoranesi

MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 4-Gustavo Adolfo Chara Valois, 8-Damian Aneni Evans (3-Thomas Tegwi 24), 10-Linus Precious Tenebe, 18-Armen Hovhannisyan (33-Bradley Farrugia 78), 20-Willie Britto, 21-Nathan Agius, 27-Jamie Scerri, 74-Jake Vassallo (5-Sasha Cachia 46), 77-Zachary Brincat (9-Henry Chidera Nwoga 46), 92-Kevin Tulimieri (11-Christian Ndubisi Nnaji 46)   – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Shaun Calleja, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Fyodor Zammit

SKORERS: L. W. Furtado pen. 20, pen. 36, O. Spiteri 43, C. Rovas 90 (F)

AMMONITI: G. A. Chara Valos, L. P. Tenebe (M)

Floriana jsaħħu l-quċċata b’rebħa kbira fuq Mosta

Ekonomija

Sport