Friday, May 17, 2024

Kampjonati Ewropej ORC – Kundizzjonijiet perfetti tat-tlielaq

Aqra wkoll

Xemx, baħar ċatt u riħ ta’ bejn 8-13-il mil nawtiku fis-siegħa taw kundizzjonijiet perfetti fil-bidu tat-tiġrijiet mal-kosta fit-tielet jum tal-Kampjonat Ewropew ORC 2023, ospitat mir-Royal Malta Yacht Club u Yachting Malta.

Illum, il-ġimgħa, saru żewġ tiġrijiet għall-klassijiet kollha, bl-10 timijiet fi Klassi A u 9 timijiet fi Klassi Ċ jiġru fuq żona fit-Tramuntana tal-port ta’ Valletta, filwaqt li t-18-il tim fi Klassi B ikkompetew fuq żona tal-korsa lejn n-nofsinhar ta’ Malta.

Wara posponiment qasir biex ir-riħ jistabbilizza ruħu għall-ewwel tiġrija, l-Klassi A bdiet ftit wisq malajr: biżżejjed sabiex it-timijiet marru lejn il-linja tal-bidu qabel il-waqt. Minħabba dan, il-kumitat tat-tiġrija sejjaħ lil kulħadd lura. It-tellieqa li kienet tikkonsisti f’korsa ta’ tlett dawriet – ir-riżultati tal-Klassi A kienu viċin fil-ħin ikkoreġut minkejja. Il-jott TP 52 BEAU GESTE ta’ Karl Kwok (HKG) rebaħ it-tellieqa b’distakk ta’ 40 sekonda biss fuq BLUE SKY ta’ Claudio Terrieri (ITA). Dawn it-tnejn jinsabu l-ewwell u t-tienirispettivament fil-klassifika tal-Klassi A wara tliet tiġrijiet.

It-tielet fil-klassifika u l-aqwa tim Malti,  huwa l-jott ELUSIVE II, tal-aħwa Aaron, Maya u Christoph Podesta. Huma li fil-fatt spiċċaw fir-raba’ post fil-ħin korrett fl-ewwel tiġrija tal-lum mat-tim ibbażat Ċipru, IRONFX, proprjetà ta’ Morkos Kashiouris. Dan jagħti punteġġ totali ta’ 10.5 punti, 1.5 qabel Adria 49 ARS UNA ta’ Giulio Cafaro (ITA).

“Normalment inkunu ppreparati iktar għat-tlielaq offshore,” qal Christoph Podesta, “minħabba hekk llum kienet lezzjoni tajba għalina, iżda l-kundizzjonijiet kienu meraviljużi. Ma kellniex bidu mill-aqwa fl-ewwel tiġrija, għalhekk kien diffiċli li nerġgħu nidħlu fil-logħba peress li aħna wieħed mid-dgħajjes b’rating baxx fil-klassi. Iżda fit-tieni tiġrija morna aħjar u pattejna biex ntejbu l-prestazzjoni li fuqha ser nkomplu nibnu għall-ġranet li ġejjin”

Fuq il-korsa tal-Klassi B kien hemm ftit inqas riħ iżda wkoll kien hemm tlielaq mill-qrib fuq il-korsa ta’ 5.8 mili fl-ewwel tiġrija.

Bħal fi Klassi A, din it-tellieqa intrebħet mir-rebbieħ tat-tiġrija Long Offshore, Marcin Sutkowski (POL) Grand Soleil 44 P WINDWHISPER 44 b’marġni ta’ 30 sekonda biss fuq il-Grand Soleil ta’ Ermanno Galeati u Davide Angelo (ITA) 43 REVE DE VIE. B’distakk ta’ 40 sekonda fit-tielet post kienu DARING SISTERS ta’ Tomas Dolezal (CZE), l-ewwel mill-ħames Club Swan 42’s fil-klassi u l-ewwel dħul Corinthian kollu dilettanti wkoll.

Iżda fit-tieni tiġrija l-ogħla postijiet ġew meħuda mill-jottijiet Club Swan 42, b’BE WILD ta’ Renzo Grottesi (ITA) fuq quddiem segwit minuta lura minn KATARIINA II ta’ Aivar Tuulberg mill-Estonja, u MORGAN V ta’ Nicola de Gemmis (ITA). Wara tliet tiġrijiet skurjati, WINDWHISPER44 għandu l-vantaġġ b’żewġ punti fuq BE WILD.

Kif mistenni, it-tiġrijiet fi Klassi Ċ huma ddominati minn żewġ jottijiet Italia 11.98  – SUGAR 3 ta’ Ott Kikkas (EST) u SCUGNIZZA ta’ Vincenzo De Blasio (ITA). Dawn it-tnejn kienu qed jinnegozjaw l-ewwel postijiet, b’SUGAR 3 issa fuq nett b’punt wieħed li rebaħ iż-żewġ tiġrijiet illum. Minn hemm hemm distakk ta’ ħames punti għat-tielet post għal HEBE V ta’ Jakoubek Zdenek (CZE).

Għal aktar informazzjoni dwar il-Kampjonat Ewropew ORC 2023, żur https://orceuro2023.com.

Ir-riżultati tat-tellieqa se jitpoġġew fuq https://orceuro2023.com/results.

Il-Kampjonati Ewropej ORC 2023 qed jiġu appoġġjati minn Yachting Malta, Visit Malta, il-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex, il-Kunsill Reġjonali tal-Lvant bħala parti mill-attivitajiet tiegħu għar-Reġjun Ewropew tal-Isport 2023 u Heineken.

Sport