Tuesday, April 30, 2024

Kollox lest għall-finali tal-Izibet FA Trophy bejn Birkirkara u Marsaxlokk

Aqra wkoll

Il-finali tal-Izibet FA Trophy se tintlagħab il-Ħadd 30 ta’ April fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali (kick-off fl-4.00 pm). Ġiet organizzata konferenza stampa fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali bħala parti mill-preparazzjoni għall-finali.

Il-media kienet indirizzata mill-Coach ta’ Birkirkara Giovanni Tedesco u l-player Yanick Yankam flimkien mal-Coach ta’ Marsaxlokk Pablo Doffo u l-player Peter Xuereb.

It-Tlieta li għadda, Marsaxlokk għelbu lil Gzira United bil-penalties, filwaqt li Birkirkara eliminaw lil Mosta f’semifinali eċċitanti bl-iskor ta’ 4-3.

Il-kowċ ta’ Birkirkara Giovanni Tedesco spjega li fil-bidu tal-istaġun, il-klabb kien kuraġġuż biżżejjed biex ibiddel l-istaff, u numru ta’ plejers fil-bidu tal-istaġun u ffaċċja ħafna kritika. Ftit kienu jemmnu li Birkirara kienu se jispiċċaw fit-tieni post u eventwalment ikunu finalisti fit-tieni l-aktar kompetizzjoni importanti fil-futbol Malti. Huwa rringrazzja lill-plejers u lill-istaff li ħadmu ħafna, flimkien mal-iskwadra żagħżugħa li jridu jilħqu dan it-tragward importanti. Il-kowċ Tedesco ikkonferma li għad iridu jevalwaw il-forma fiżika ta’ Enrico Pepe qabel il-logħba.

Intant, il-player u viċi-captain ta’ Birkirkara Yannick Yankam spjega li l-filosofija tat-tim hi li jiffaċċja l-istaġun logħba wara l-oħra. Meta kienu ġejjin il-wirjiet u r-riżultati, it-tim beda jemmen aktar fih innifsu. ‘Li nilagħbu finali bħal din hija opportunità għalina l-players ilkoll, u nħeġġu lill-partitarji biex ikunu wara t-tim u jingħaqdu magħna fl-istadium,’ temm jgħid Yankam.

‘Din il-finali hija opportunità perfetta biex nuru x-xogħol tagħna. Li nassiguraw post fil-finali ma kinitx biċċa xogħol faċli iżda rnexxielna,’ qal il-Coach ta’ Marsaxlokk Pablo Doffo. HuwaqQal li s-sigriet wara s-suċċess ta’ Marsaxlokk huwa s-saħħa u l-għaqda tat-tim innifsu. Doffo temm jgħid li Marsaxlokk jittamaw li jagħmlu l-istorja.

Il-captain ta’ Marsaxlokk Peter Xuereb, spjega li l-għan hu li t-tim jagħti l-almu tiegħu u allura l-logħba tista’ tmur kull naħa. Spjega li t-tim u l-plejers emmnu mill-bidu fil-qawwa tat-tim, u mhux biss kisbu l-istatus tal-Premier għal sena oħra iżda wkoll laħqu dan it-tragward.

Din hija l-11-il finali għal Birkirkara fl-istorja tal-FA Trophy. Huma rebħu ħames finali. Il-logħob kienu: v Sliema W (2001-2002 / 2002-2003), v Msida SJ (2004-2005), v Hamrun S (2007-2008) u v Hibernians (2014-2015).

Marsaxlokk irnexxielhom jaslu sal-finali darba biss, u dak kien 19-il sena ilu (2003-2004) f’finali li tilfu kontra Sliema Wanderers.

Sport