Thursday, April 18, 2024

Kannabis fil-Maltesers fil-ħabs… weħel 10 xhur ħabs

Aqra wkoll

Qabda ta’ droga kannabis fil-Maltesers fil-ħabs wassal biex Mark Pace ta’ 43 sena li joqgħod Ħal Qormi ntbagħat għaxar xhur ħabs. Fil-Maltesers instabu madwar 12-il gramma raża tal-kannabis fil-ħabs.

F’dan il-każ il-prosekuzzjoni spjegat li kien għall-ħabta tas-1.45pm, meta Mark Pace nqabad bil-kannabis minn erba’ uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin waqt spezzjoni ta’ rutina fiċ-ċella 205 f’diviżjoni 5.

Enfasizzaw li lil Pace instabitlu borża taċ-ċikkulata Maltesers li kien fiha ħames blokok tar-raża tal-kannabis (1.68 gramma, 2.80 gramma, 1.86 gramma, 4.33 gramma u 1.22 gramma).

Pace ġie kkundannat għaxar xhur ħabs talli nstab ħati tar-reat ta’ pussess tar-raża tal-kannabis u ġie ordnat iħallas fi żmien sitt xhur b’€308.32 fi spejjeż tal-Qorti.

Ekonomija

Sport