Tuesday, May 14, 2024

Kansas City Chiefs jirbħu s-Super Bowl Amerikan

Aqra wkoll

Kansas City Chiefs huma ċ-champions tal-NFL għat-tieni darba f’erba’ snin wara li għamlu rimonta u rreġistraw rebħa ta’ 38-35 fuq Philadelphia Eagles.

F’din il-finali tas-Super Bowl li ntlagħbet f’Phoenix, sal-aħħar quarter, iċ-Chiefs kienu fl-iżvantaġġ ta’ 27-21.  

Iżda minkejja li deher li sofra injury fl-għaksa, il-quarterback Patrick Mahomes u bidla tattika tal-coach veteran, Andy Reid, orkestraw din ir-rebħa quddiem 67,827 spettatur.

Mahomes, li ġie msemmi l-Most Valuable Player għat-tieni darba, għamel touchdown passes lil Kadarius Toney u Skyy Moore biex għall-ewwel darba Kansas City marru fil-vantaġġ. 

L-Eagles kisbu d-draw wara t-tielet touchdown minn Jalen Hurts, segwit minn konverżjoni ta‘ żewġ punti.

Iżda ġirja kruċjali ta’ 26 metru minn Mahomes għamlet l-ispazju biex Harrison Butker irreġistra field goal minn 27 metru biex ta r-rebħa lit-team tiegħu.

Il-prestazzjoni ta’ Mahomes rat lill-player ta’ 27 sena jsir l-ewwel player mill-1999 li rebaħ l-MVP tal-istaġun, is-Super Bowl u s-Super Bowl MVP fl-istess staġun.

Sport