Sunday, May 5, 2024

Karlu III jiġi nkurunat Re tar-Renju Unit

Aqra wkoll

F’ċerimonja storika, Karlu III ġie nkurunat Re tar-Renju Unit wara li ommu r-Reġina Eliżabetta II mietet is-sena li għaddiet.

Karlu III se jkun l-40 Monarka Ingliża. Hu ġie nkurunat fuq it-tron magħruf bħala “Ta’ San Edward”.

Din iċ-ċemimonja kienet segwita minn miljuni kbar ta’ persuni minn madwar id-dinja kollha kif ukoll għalija attendew fost l-ogħla mexxejja fid-dinja.

L-Istat Malti kien qed jiġi rrappreżentat mill-President ta’ Malta Dr George Vella u s-Sinjura tiegħu. Kien hemm ukoll preżenti l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

Ta’ min jgħid li l-Forzi Armati ta’ Malta bgħatu rappreżentanza wkoll fejn ħadu sehem fl-ewwel parti taċ-ċerimonja. Hija tradizzjoni antika li kull stat tal-Commonwealth jibgħat xi wħud mill-forzi tiegħu għal din iċ-ċerimonja.

Karlu III deher emozzjonat immens hekk kif ibnu William ħa l-ġurament tal-ubbidjenza lejn ir-Re – missieru. Din hija l-ewwel inkunurazzjoni ta’ monark għal ġenerazzjonijiet sħaħ hekk kif l-aħħar waħda kienet saret 70 sena ilu meta Eliżabetta II kienet saret ir-reġina.

Sport