Saturday, May 4, 2024

Karozza Mercedes tikser bil-kbir kull rekord waqt irkant

Aqra wkoll

Karozza tal-għamla Me­r­cedes – mudell li huwa rari immens – inbiegħet għall-prezz rekord ta’ €135 miljun waqt irkant magħluq li sar iktar kmieni dan ix-xahar. 

Il-karozza inkwistjoni hija Mercedes Coupé 300 SLR Uhlenhaut – waħda minn żewġ prototipi mibnija fl-1955. Din ġiet mibjugħa waqt rikant kunfinenzjali li sar fil-mużew ta’ Mercedes-Benz stess ġewwa Stuttgart il-Ġermanja. 

Il-prezz ta’ €135 miljun huwa rekord assolut tant li huwa saħansitra kważi tliet darbiet iktar mir-rekord predeċendti. Ir-rekord preċedenti sar fi rkant ta’ karozza 1962 Ferrari 250 GTO, li kienet ġiet mibjugħa għal €45 miljun.  

Din il-Mercedes ġiet mibjugħa lil kollezzjonist privat, u d-dħul kollu se jkun qiegħed jintuża mill-kumpanija Mercedes-Benz biex tipprovdi scholarships lil żgħażagħ biex jitgħallmu u jirriċerkaw dwar ix-xjenza ambjentali u d-dekarbonizzazzjoni – parti mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Il-prototip l-ieħor ta’ din il-vettura se jibqa’ proprjetà ta’ Mercedes-Benz u din se tibqa’ esebita fil-mużew ta’ Stuttgart.

Sport