Kien għall-ħabta tad-9.00am meta karozza nħakmet minn nirien f’Fleur de Lys.
S’issa mhux magħruf kif il-karozza tat-tip Mercedes, inħakmet minn nirien.
Fuq il-post marru diversi membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien filwaqt li uffiċjali tal-pulizija kkontrollaw it-traffiku.
Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.