Saturday, July 18, 2026
Home Sport Waterpolo: Marsaxlokk idawru telfa f’rebħa b’rimonta mill-aqwa

Waterpolo: Marsaxlokk idawru telfa f’rebħa b’rimonta mill-aqwa

0
8
ritratt: Mark Mangion

MARSAXLOKK MFF……… 18

TA’ XBIEX AMIGOS………. 15

(5-5, 1-6, 6-2, 6-2)

Marsaxlokk komplew fejn ħallew fir-rebħa kontra Birzebbuga meta b’rimonta mill-aqwa dawru telfa f’rebħa ta’  18-15 kontra Ta’ Xbiex.

L-ewwel sessjoni ntemmet f’paritá ta’ 5-5, b’Ta’ Xbiex jirbħu t-tieni sessjoni bl-iskor kbir ta’ 6-1. Kienet meħtieġa reazzjoni medjata minn Marsaxlokk fit-tielet sessjoni u din waslet tassew meta huma trijonfaw bl-iskor ta’ 6-2, biex reġgħu rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-istess skor.

Għal Marsaxlokk, l-aqwa skorer kien is-solitu Nikola Bogdanovic li skorja seba’ goals, filwaqt li għal Ta’ Xbiex spikka l-player Pelicaric li rreġistra tmien goals fuq ismu.

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Fenech, N. Bogdanovic (7), N. Spiteri, A. Buhagiar, K. Dowling, S. Mifsud (2), J. Pawley (1), B. Lewis (1), J. Borg Tabone (1), J. Cauchi, E. Mallia (6), A. Micallef, B. Schranz, Z. Schranz

Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia (2), C. Busuttil, S. Cutajar, S. van Wyk, G. Bonavia (3), R. Greco, R. Pelicaric (8), J. Zammit, J. Culic (2), R. Spiteri, Z. Campbell, N. Castillo, J. Dimech

Referees: Michele Campora, Ronnie Spiteri

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here