Sunday, November 24, 2024

“Kburin ferm b’missieri għax id-diżabbiltà tiegħu sarrafha fil-valuri li għandna aħna llum”

Aqra wkoll

“T’erba’ snin missieri żviluppatlu l-marda tal-Polio u spiċċa persuna diżabbli imma dejjem konna kburin bih. Il-kliem ta’ Brincat weġġagħni ħafna u onestament nikkitni għax missieri mhux talli qatt ma kien frott id-dnub jew kien id-dnub, iżda dejjem ra li jsawwar fina valuri tajbin tant li kieku naħseb kont nispiċċa naqa fil-livell baxx tagħha”. Iddikjara dan Patrick Vassallo, wieħed minn ħamest aħwa subien mrobbi minn missier hekk imsejjaħ b’diżabbiltà li madanakollu flimkien ma’ martu kienu kapaċi jsawru familja mill-isbaħ.

Huwa iddeskriva ż-żmien meta missieru u ommu kienu tħabtu u stinkaw mhux ftit biex kabbru familja daqshekk kbira. Qal li huwa minnu li ommhom kienet dejjem l-aqwa spalla li seta’ jfittex.

Ta’ 69 sena missieru spiċċa f’siġġu tar-roti, iżda mhux talli ma kienx iħares lejh bl-istess mod li ddeskriviet Brincat ilbieraħ, iżda għalih kien l-eroj tagħhom. 

“Li tkun persuna b’diżabbiltà le m’intix għajb għal ħaddiehor le, inti min inti, int bniedem bħal kulħadd, jien f’għajnejja inti mhux bniedem b’diżabbiltà imma bniedem b’abbiltajiet differenti li f’ħajtek kapaċi tirnexxi bħal kulħadd. Tħalli lil ħadd jaqtagħlek qalbek, tħalli lil ħadd jipprova jkissrek anke jekk b’għemilu jew bi kliemu jibqa’ jippersisti, kun sod u ibqa’ sod”, saħaq jappella Vassallo filwaqt li fakkar li kulħadd jista’ jitkellem biss fuq il-preżent u ħadd ma jaf x’hemm lest għalih fis-sekonda li jmissna ngħixu wara l-preżent u għalhekk tajjeb li persuna taħseb qabel titkellem u jekk ma tkunx ċerta jkun għaqli li żżomm is-skiet qabel tibda tispara ċertu diskors li jista’ jfarrak lil ħaddieħor. 

Sport