Friday, July 19, 2024

Keith Galea u Danica Bonello Spiteri jsaħħu l-Istatus ta’ Champions Nazzjonali b’rebħiet fis-Salina.

Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon organizzati mill-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon il-Ħadd filgħodu

Aqra wkoll

It-triatleti Keith Galea u Danica Bonello Spiteri reġgħu wrew il-ħila tagħhom fost il-komunità lokali tat-triathlon meta kisbu s-16 u d-9 titlu ta’ Champion Nazzjonali, rispettivament. L-aħħar kisbiet tagħhom ikomplu jissolidifikaw l-istatus tagħhom bħala triatleti mwettqa.

Ospitati fis-Salina, post sinonimu tat-triathlon f’Malta, il-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon għalqu l-istaġun tat-triathlon 2023. Organizzata mill-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon l-aħħar tiġrija tas-sena ġabret flimkien taħlita ta’ triatleti b’esperjenza varja.

It-triathlon li kien jikkonsisti f’għawma ta’ 1500m,  40km bir-rota u ġirja ta’ 10km, saret f’kundizzjonijiet kważi perfetti. 

L-ewwel li ħareġ mill-ilma kien Keith Galea ta’ Birkirkara St Joseph li kellu vantaġġ komdu quddiem sieħbu Steve Ritchie. Warajhom kien hemm Roberto Briffa (Agones SFC) u Josef Azzopardi (Tri Gozo), li ngħaqdu magħhom biex imexxu lill-kumplament tal-atleti fuq ir-rotta ta’ 40km. L-ewwel mara li spiċċat lgħawma kienet Maya Schembri Rodgers (Agones SFC), li l-għawma b’saħħita tagħha tatha vantaġġ tajjeb quddiem Pia Grech (Shamrock Stars SC) u l-veterana Danica Bonello Spiteri (Pembroke Athleta).

Sadanittant fit-triq tal-kosta, Galea kompla fuq quddiem, b’pass ikkontrollat ​​u sod fil-korsa ta’ sitt dawriet. Kien biss fl-aħħar dawra li ta spinta qawwija biex ikompli jikber id-distakk u jidħol fit-tieni transizzjoni fil-ġirja qabel Ritchie, Briffa u Azzopardi. B’Galea fil-vantaġġ, Briffa ħareġ warajħ għall -ġirja iżda ftit wara għaddieħ Ritchie segwit minn Azzopardi, li eventwalment qabeż lil Ritchie biex għadda fit-tieni post. Ma kien hemm l-ebda tibdil f’din il-pożizzjoni hekk kif it-tellieqa mxiet u Galea qasam il-linja finali għad-disa’ titlu tiegħu ta’ Kampjonat. Warajh daħlu Azzopardi u Ritchie.

Intant, fil-kategorija tan-nisa, Bonello Spiteri li ħareġ mill-ilma fit-tielet post iżda fit-taqsima tar-rota hi għaddiet lil Schembri Rodgers u Grech biex ħadet il-vantaġġ. Hekk kif ħarġet mit-tranżizzjoni lejn iż-żewġ dawriet tal-ġirja ta’ 10km hi żammet vantaġġ komdu sal-aħħar meta temmet it-tellieqa fl-ewwel post u ħadet is-16-il Titlu Nazzjonali tagħha. Schembri Rodgers u Grech ikkompletaw il-podju tan-nisa fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa minn Michelle Vella Wood, membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon immedjatament wara t-tiġrija.

Distanza Super Sprint

Il-Federazzjoni ospitat ukoll Super Sprint Distance Race għal triatleti ta’ taħt it-18-il sena. Għalkemm mhux tellieqa uffiċjali, l-avveniment ta lit-triatleti żgħażagħ esperjenza f’ambjent tat-tlielaq, li saret taħt is-superviżjoni tal-Konsulent Tekniku tal-Federazzjoni Bruno Mahsoudi.

Il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon tixtieq tirringrazzja lil l-isponsor Freedom is a Bicycle, lill-Birkirkara St Joseph Sports Club tal-appoġġ loġistiku tagħhom, lil Transport Malta u lill-marshalls tat-tiġrijiet u l-voluntiera kollha li jappoġġjaw il-Kampjonati dakinhar.

Riżultati Ufficjali

Kampjonati Nazzjonali 


IrġielNisa
1stKeith Galea (Birkirkara St Joseph) 2:06:46Danica Bonello Spiteri (Pembroke Athleta) 2:27:57
2ndJosef Azzopardi (Tri Gozo) 2:09:53)Maya Schembri Rodgers (Agones SFC) 2:30:30
3rdSteve Ritchie (Birkirkara St Joseph ( 2:10:37)Pia Grech (Shamrock Stars SC) 2:40:32)
Ekonomija

Sport