Illum, għall-ħabta tal-3.45pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl Tal-Qliegħa, il-Mosta.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel, li l-identità tiegħu mhix magħrufa, intlaqat minn mutur Yamaha 125 misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġt irġiel għall-kura fl-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji filwaqt li l-kundizzjoni tax-xufier tal-mutur għadha pendenti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni: Persuna tittajjar minn mutur fil-Mosta
Kien għall-ħabta tal-3.45 pm meta fi Triq San Pawl tal-Qliegħa persuna ttajjar minn mutur.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei li assistew lill-persuna.
Aktar dettalji kif ikollna…
