Waqt li nhar is-Sibt Kelly Caruana ngħata l-aħħar tislima fil-Knisja ta’ Raħal Ġdid, Fr Leonard Mintoff waqt l-omelija tiegħu qal li “Kelly kellha xewqa waħda – dik li ssir infermiera”.
Kelly tilfet ħajjitha traġikament 9 ijiem wara li kienu involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Bajjada, f’Ħal Qormi.
Fr Mintoff qal li Kelly bħal ħafna oħrajn kellha ħafna ħolm kbir… “tant li riedet u xtaqet li tkompli tistudja biex tkun mal-pazjenti u tgħin lil morda.”
Saħaq li Kelly qatt ma naqqset milli tara s-sabiħ f’kulħadd, u kienet żagħżugħa rispettata ħafna minn sħaba.
Kelly Caruana mietet fl-età ta’ 18-il sena.

