Wednesday, July 15, 2026
Home Sport Kevin De Bruyne ifittex li jikser rekord ta’ assists fil-Premier League

Kevin De Bruyne ifittex li jikser rekord ta’ assists fil-Premier League

0
641
Soccer Football - Premier League - Chelsea v Manchester City - Stamford Bridge, London, Britain - January 3, 2021 Manchester City's Kevin De Bruyne Pool via REUTERS/Shaun Botterill EDITORIAL USE ONLY. No use with unauthorized audio, video, data, fixture lists, club/league logos or 'live' services. Online in-match use limited to 75 images, no video emulation. No use in betting, games or single club /league/player publications. Please contact your account representative for further details.

Kevin De Bruyne se jkun qed ifittex li jikser rekord ta’ assists fil-Premier League, meta s-Sibt wara nofsinhar Manchester City jilqgħu lil Southampton fl-Etihad Stadium.

Il-plejer ta’ 31 sena mistenni jirritorna fil-formazzjoni inizjali ta’ Pep Guardiola wara li segwa minn fuq il-bank tas-sostituti r-rebħa ta’ City 5-0 fiċ-Champions League f’darhom kontra Copenhagen nhar l-Erbgħa.

Il-Premier League Player tas-Sena tal-istaġun li għadda gawda minn bidu impressjonanti għall-istaġun il-ġdid, fejn ipprovda 10 assists fi 11-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha.