Il-midfielder internazzjonali Belġjan ta’ Manchester City, Kevin De Bruyne, rebaħ l-unur tal-Player tas-Sena fl-Ingilterra.
Huwa għeleb lill-Eġizzjan ta’ Liverpool, Mohamed Salah u lill-Korean ta’ Tottenham, Heung-min Son, biex rebaħ dan l-unur għat-tieni darba fil-karriera tiegħu meta għamel dan fl-2019/20.
Mill-pożizzjoni tiegħu, De Bruyne skorja 15-il goal minn 29 partita kif ukoll ipprovda 7 assists.
Il-kollega ta’ De Bruyne, Phil Foden rebaħ l-unur tal-Player Żagħżugħ tas-Sena.