Monday, May 13, 2024

Khvicha Kvaratskhelia mistenni jġedded ma’ Napoli

Aqra wkoll

Qed jingħad li l-midfielder offensiv mill-Ġorġja Khvicha Kvaratskhelia se jkun qed iġedded il-kuntratt ma’ Napoli għal iktar snin. Bħalissa dan il-plejer ta’ 23 sena għandu kuntratt sa Ġunju 2027 mal-Partenopei minkejja li għandu offerti miż-żewġ timijiet ġganti tal-futbol Spanjol Real Madrid u Barcelona.

Kvaratskhelia ingħaqad ma’ Napoli fis-sena 2022 u s’issa lagħab 60 logħba magħhom filwaqt li skorja 22 gowl.

Sport