Wednesday, July 24, 2024

Hansi Flick jingħaqad mal-lista ta’ kowċis possibbli ta’ Barcelona

Aqra wkoll

Bħalissa fil-belt ta’ Barcelona qed jissemmew ħafna ismijiet ta’ kowċis li jistgħu possibbilment jieħdu post Xavi Hernandez li se jitlaq lil Blaugrna fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Fost kulħadd issemmew Roberto de Zerbi, Mikel Arteta, Rafa Marquez u Imanol Alguacil.

Dan l-aħħar ingħaqad magħhom l-eks kowċ Ġermaniż Hansi Flick li saħansitra flimkien mal-aġent tiegħu kellu laqgħa mal-president Joan Laporta.

Kollox hu possibbli f’dan ir-rigward għalkemm fil-jiem li ġejjin mistennija jiżdiedu aktar spekulazzjonijiet dwar min jista’ jieħu post Xavi.

Ekonomija

Sport