Wednesday, July 24, 2024

Tliet clubs iridu jiffirmaw lil Nico Williams

Aqra wkoll

Chelsea ingħaqdu ma’ Arsenal u Tottenham Hostpur hekk kif jinsabu interessati li jakkwistaw is-servizzi tal-winger ta’ Athletic Bilbao Nico Williams. Dan tal-aħħar għandu 21 sena u qed ikollu staġun ferm interessanti mat-tim Bask.

Fuq kulħadd, jidhru fil-vantaġġ Tottenham Hotspur li se jkunu qed jagħmlu l-aħjar offerta bil-kowċ Ange Postecoglou li jixtieq ħafna lil dan il-plejer.

Minkejja dan l-interess kollu, Williams qal li bħalissa qed jikkonċentra fuq Athletic Bilbao imbagħad jara x’għandu jsir fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Ekonomija

Sport