Saturday, December 21, 2024

Kien jiddroga lit-tfal u wara jistuprahom … Kien jgħidilhom li “qed jagħtihom lezzjoni għal ħajjithom”

Aqra wkoll

Fil-Qorti ta’ Cardiff għaddejjin proċeduri li fihom qed jinstema’ kif pedofelu kien b’mod regolari jiddroga lit-tfal bniet u wara jistuprahom.

Eugene Sullivan ta’ 65 sena, li għaddej dawn il-proċeduri kien anke hedded li joqtol lil waħda mill-vittmi tiegħu. Din kellha biss disa’ snin meta beda l-abbuż.  Hu qed ikun akkużat li attakka u stupra erba’ bniet oħra li kellhom 16-il sena jew inqas.

Fl-aħħar jiem il-Qorti f’Cardiff semgħet kif Sullivan wettaq dan l-abbuż għal għaxar snin sħaħ.

Hu kellu xejra partikolari kif iwettaq l-abbuż. Kien itihom x’jixorbu u fihom kien jitfagħlom id-drogi. Wara kien jistuprahom u jgħidilhom li dak li kien qed jagħmel kien biex jagħtihom “lezzjoni għal ħajjithom”. Fil-qorti instema’ kif darba minnhom hu qal lil waħda mill-bniet li “jekk tiċċaqlaq noqtlok”.

Ekonomija

Sport