Id-direttur tal-Mercedes, Toto Wolff, ikkonferma li Kimi Antonelli se jieħu penalitá tal-magna fil-Grand Prix tal-Italja ta’ Monza ta’ nhar il-Ħadd li pje, u għalhekk se jibda t-tiġrija mill-aħħar post tal-grid. Minkejja li ma rebaħx Grand Prix minn Spa-Francorchamps fil-Belġju, Antonelli żied il-vantaġġ tiegħu fil-kampjonat għal 59 punt fuq sieħbu George Russell.
Wara 12-il tiġrija, Antonelli diġà laħaq il-limitu permess ta’ diversi komponenti tal-power unit, fosthom il-magna tal-kombustjoni interna, l-exhaust, l-Energy Store u l-Control Electronics. Il-Mercedes għalhekk għażlu li jinstallaw power unit ġdida fil-karozza tiegħu.
Wolff ammetta li din hija daqqa ta’ ħarta għal Antonelli u għall-partitarji Taljani, iżda qal li d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu għall-ġid tal-kampjonat.
L-għan ewlieni issa huwa li Antonelli jirkupra kemm jista’ jkun pożizzjonijiet u jikseb l-akbar ammont possibbli ta’ punti minn Monza.




