Wednesday, October 9, 2024

Kinnie għal darb’oħra Msieħba Uffiċjali ta’ X Factor Malta

Aqra wkoll

Kinnie, ix-Xarba Klassika tal-Mediterran mill-1952, għal darb’oħra qed tħabbar b’sodisfazzjon il-kollaborazzjoni ma’ X Factor Malta bħala Msieħba Uffiċjali għal dan il-programm televiżiv tal-ksur tar-rekords.

Ir-raba’ staġun ta’ X Factor Malta se jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fid-8.50pm fuq TVM u se jinkludi l-vjaġġ tal-kontestanti fil-fażijiet differenti tal-provi, li ġew iffilmjati tul is-sajf, il-Bootcamp, iċ-Chair Challenge, il-Judges’ Houses u l-programmi diretti li jilħqu l-qofol tagħhom fil-Finali, is-Sibt 3 ta’ Frar 2024.

Is-Sur Karl Bondin, il-Manager tal-Marketing ta’ Simonds Farsons Cisk plc, qal li “Din l-aħbar tat-tieni kollaborazzjoni tagħna ma’ X Factor Malta ssegwi s-suċċess li kellna bil-kollaborazzjoni taż-żewġ marki kummerċjali tagħna fl-edizzjoni tal-2021. Kinnie ilha ssostni lill-mużiċisti u l-artisti lokali, u dan l-appoġġ tagħna jsaħħaħ l-impenn tal-marka li tappoġġja t-talent lokali.”

Qal ukoll li “Kinnie diġà bdiet takkumpanja lill-ġurati u l-parteċipanti tul il-provi li ġew iffilmjati matul is-sajf u se tkompli tagħmel dan sal-Finali. Il-klijenti leali ta’ Kinnie u dawk kollha li jsegwu din ix-xarba lokali hemm jistennewhom premjijiet sbieħ bħal biljetti b’xejn għas-serati diretti u materjal pubbliċitarji.”

Il-membri tal-ġurija għal darb’oħra se jkunu Howard Keith Debono u Ira Losco. Din is-sena magħhom se jingħaqdu Gianluca Bezzina, li rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2013, u Amber, li wkoll irrappreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest tal-2015. Personalità ġdida oħra fl-edizzjoni ta’ X Factor Malta ta’ din is-sena se tkun Gianni Zammit, li se jkompli jagħti l-ħajja u jżid l-enerġija matul l-istaġun.

Il-format ta’ X Factor hu propjetà ta’ Syco Entertainment, u l-koproduzzjoni u l-propjetà globali hi ta’ Fremantle Media Limited. Hu prodott lokalment minn Greatt Company Limited.

Kinnie, Diet Kinnie u Kinnie Zest huma prodotti, irreklamati u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc. Segwi lil Kinnie hawn: https://www.facebook.com/kinnie.mt u https://www.instagram.com/kinnie_malta/.

Sport