Il-Kenyan, Eliud Kipchoge, li rebaħ darbtejn il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi, rebaħ il-Maratona ta’ Melbourne, fl-età ta’ 41 sena, u stabbilixxa rekord ġdid tal-korsa b’ħin ta’ 2:09:10.
Għall-Kenjan, din kienet is-17-il rebħa f’maratona u l-ewwel waħda mill-Maratona ta’ Berlin, fl-2023.
Kipchoge qal li għadu fl-aqwa tiegħu u kapaċi jikkompeti mal-ġenerazzjoni żagħżugħa.
Il-maratona kienet parti minn mawra globali li fiha qed jimmira li jiġri fuq is-seba’ kontinenti, inkluża l-Antartika, biex jiġbor fondi għall-fondazzjoni tiegħu.
Kipchoge huwa meqjus fost l-aqwa maratonisti fid-dinja, b’żewġ midalji tad-deheb Olimpiċi u rekord dinji uffiċjali fil-karriera tiegħu.




