Monday, May 13, 2024

Kliem ta’ tifħir għal mod ta’ kif pajjiżna mexa fil-pandemija tal-Covid-19

Aqra wkoll

Malta kienet imfaħħra mill-WHO u organizzazzjonijiet oħra internazzjonali għall-mod kif din aġixxiet matul iż-żmien tal-pandemija tal-Covid-19. Fost l-inizjattivi li ttieħdu, kien hemm li t-tilqim b’mod organizzat lil kull min xtaq jieħu t-tilqima.  Iddikjara dan il-Ministru  għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela meta kien qiegħed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia. 

Il-Ministru Abela qal li minkejja li kien hemm diffikultà biex numru kbir ta’ pajjiżi ikollhom il-konsinji adegwati ta’ tilqim, Malta ħadet l-inizjattiva biex flimkien mal-UE, isir ix-xiri għall-pajjiżi kollha membri u b’hekk pajjiżi żgħar bħal Malta ma jkunux żvantaġjati. Irrimarka li b’hekk, f’kull mument, kull Malti u Għawdxi seta’ jieħu t-tilqim li kien hemm bżonn, bl-aktar mod organizzat u l-aħjar mod effiċjenti li ġie mfaħħar mill-WHO.

Żied jgħid inxtara l-apparat kollu neċessarju biex l-isptarijiet tagħna jkunu jistgħu jilqgħu għal din l-emerġenzi.  Enfasizza fuq il-fatt li ttieħdu wkoll inizjattivi fid-djar tal-anzjani sabiex in-numru ta’ anzjani bil-covid ma jkunx mifrux safejn kien possibbli, tant li r-rata ta’ mwiet kien l-anqas waħda fl-Ewropa.

Sport