Tuesday, September 24, 2024

F’ġimgħa applikaw ‘l fuq minn 10,000 persuna għal Tallinja Card

Aqra wkoll

Fl-ewwel ġimgħa minn meta tneħħa l-ħlas tal-applikazzjoni għal Tallinja Card kien hemm ’il fuq minn 10,000 persuna li applikaw. Din l-inizjattiva tibqa’ valida sal-aħħar ta’ Frar.

Proprju ftit tal-jiem ilu l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett qal li din hija aħbar tajba li tikkonferma l-inizjattiva biex aktar persuni jiġu inċentivati jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku.

F’Ottubru tal-2022 il-gvern beda jagħti s-servizz tal0karozzi tal-linja b’xejn lil kulħadd liema inizjattiva hu stmat li fis-sena ta’ wara kien hemm żieda qawwija ta’ 49.6 miljun passiġġier, liema miżura probabbilment wasslet biex tnaqqsu ħafna vjaġġi milli jsiru bil-karozzi privati.

Fl-aħħar jiem il-Gvern beda jagħti wkoll bla ħlas is-servizz tat-trasport bil-ferry fil-Port il-Kbir u l-użu tal-lift fil-Belt Valletta.

Sport