Monday, May 13, 2024

Tifel isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Bormla

Aqra wkoll

Tifel sofra ġrieħi gravi wara li aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-7:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Oratorju, f’Bormla

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tifel ta’ 12-il sena kien intlaqat minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 21 sena residenti Bormla.

It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza li ssejħet fuq il-post.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin

Sport