Saturday, April 26, 2025

“Kliemu llum għandhom importanza ikbar” – Open Arms Italia

Aqra wkoll

L-Open Arms Italia” jaraw lill-Papa Franġisku bħala eżempju tajjeb għal kulħadd. Dan “mhux għal min jemmen biss imma għal dawk li għandhom tama għal dinja aktar ġusta. Huwa kien l-uniku mexxej dinji li kellu l-kuraġġ iħares lejn ir-realtà tal-immigrazzjoni. L-uniku wieħed li għażel it-triq l-iebsa, il-parti inviżibbli”.

F’kumment qalu wkoll li l-Papa Franġisku ddefenda lill-organizzazzjonijiet non-governattivi (NGOs) u li saħaq b’qawwa kbira – ‘li ssalva l-ħajjiet mhuwiex att kriminali imma dmir uman u Kristjan’. Open Arms Italia żiedu li l-Papa Franġisku talab biex ikun hemm kollaborazzjon u mhux rifjut. 

“Kliemu llum il-ġurnata għandhom importanza ikbar. Se nkomplu fil-ħidma tagħna li nsalvaw, nipproteġu u nagħtu valur, għax hekk nemmnu, lil kull ħajja. Dan anke biex nonoraw lil dawk li sal-aħħar iddedikaw ħajjithom għal dan. Grazzi Franġisku”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport