Kolombjana ta’ 29 sena, residenti Birżebbugia kellha tidaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tan-12.30 kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Luqa Ħal Qormi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li għal xi raġuni kien hemm impatt bejn il-mutur u karozza tal-għamla Toyota Vitz li kienet misjuqa minn anzjan ta’ 72 sena.
Is-sewwieqa tal-mutur wara li ħabta mal-karozza, baqgħet dieħel fi trakk li kien qiegħed jinsaq minn raġel ta’ 43 sena residenti ż-Żejtun.
Fuq il-pots mar tim mediku b’ambulanza li ħadu lill-Kolombjana l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħha s’issa għadha mhix magħrufa.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.